Lokali

“Ir-riforma fil-PBS bdiet…dak kien biss l-ewwel pass” – Manuel Cuschieri

Min jaħseb li jien ma nafx x’inhu għaddej fil-Kamra tal-aħbarijiet tal-PBS… sejjer żbaljat.. Kliem l-Eks President tal-Partit Laburista Manuel Cuschieri waqt programm fuq ir-radju tal-istazzjon Laburista… fl-istess jum li l-preżentatur Peppi Azzoppardi stqarr li x-xandir tal-istat waqqaf il-programm Xarabank.

Cuschieri stqarr li kulħadd għandu dritt juża t-talenti tiegħu… iżda fl-istess ħin qabel mad-deċiżjoni li jitwaqqaf dan il-programm..

Ir-riforma fil-PBS bdiet… dak huwa biss l-ewwel pass… kompla jgħid Cuschieri.. fejn ta xjifhem illi fiż-żmien li ġej ser ikomplu jittieħdu aktar deċiżjonijiet fosthom fejn tidħol il-kamra tal-aħbarijiet tax-xandir tal-istat.

Waqt l-istess programm.. Cuschieri infexx ukoll jattikka lill-union tat-tobba… Ta’ min ifakkar li dan l-istrajk sar minħabba li l-Gvern baqa’ jkaxkar saqajh biex jintroduċi miżuri ġodda minħabba li l-każi ta’ covid-19 f’pajjiżna bdew jisplodu ‘l fuq.

Huwa kompla jakkuża lill-listess union li qed tinqeda bis-saħħa tan-nies biex tattakka lill-Gvern attwali

Intant, permezz ta’ tweet fuq Twitter, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li dan kollu huwa konferma li l-Gvern irid joħodna lura għax-xandir taż-żmien Tmenin