It-tennist Ġappuniż Kei Nishikori nstab pożittiv għat-tieni darba, bit-tama li jikkompeti fl-Open tal-Istati Uniti tinstab ftit li xejn diffiċli. In-numru erbgħa tad-dinja kellhu jikkanċella l-impenji tiegħu fl-Open tal-Western u Southern wara li nstab pożittiv il-ġimgħa l-oħra. Hu ħa test ieħor ftit jiem ilu iżda kien għadu ma fieqx mill-virus, u għalhekk ikkonferma li minkejja għandu ftit sintomi, jinsab f’iżolament fi Florida.
It-test li jmiss se jieħdu fil-bidu tal-ġimgħa li ġejja, bit-tama li jkun jista’ jirkupra malajr biex jikkompeti fl-Open.
Dan it-tennista ta’ 30 sena kellhu diversi suċċessi fl-Open tal-Istati Uniti fejn wasal sas-semi finali fl-2016 u fl-2018 kif ukoll tilef il-finali tal-2014 kontra Marin Cilic.
Serena Williams, il-favorita li tirbaħ il-kategorija tan-nisa qalet li minkejja li ħafna tennista mhux se jikkompetu, mhux se jneħħu l-importanza ta’dan it-turnament u l-possibilità li tiċċelebra l-24 titlu tagħha. Dan għaliex sitta mill-aqwa għaxra tad-dinja kkanċellaw l-impenji tagħhom f’din il-kompetizzjoni, li b’hekk saħħaħ il-possibilità li Serena Williams tirbaħ it-trofej.
Din il-kompetizzjoni se tibda fil-31 ta’ Awwissu minkejja diversi tennisti kbar mhux se jieħdu sehem fosthom Rafa Nadal u Bianca Andreescu kif ukoll in-numru wieħed tan-nisa Ash Barty.
//= $special ?>