Internazzjonali

Jippersistu n-nirien fil-foresti ta’ Kalifornja

Il-Gvern ta’ Kalifornja se jkun qed jirċievi għajnuna mill-Awstralja u l-Kanada hekk kif mhux ilaħħaq man-nirien li qed jaħkmu lill-foresti tal-madwar. Iktar minn 12,000 ħaddiema qed jiġġieldu kontra n-nirien biex jipprovaw jikkontrollawhom filwaqt li sitt persuni mietu kawża ta’ dan.

Mill-inqas 43 persuna, inkluż ħaddiema tal-protezzjoni ċivili sofrew xi ġrieħi. In-nirien huma mifruxin f’560 żoni differenti, b’uħud minnhom huma l-ikbar li l-istat qatt ra.

Uħud minn nirien inxterdu d-doppju li kien hemm fi żmien 24 siegħa, b’175,000 resident kellhom joħorġu minn djarhom. Dan wara li mijiet ta’ bini inħarqu u eluf oħra jinsabu f’riskju.