Futbol Sport

Manchester City iridu lil Lautaro Martinez għal €90 miljun

(Ritratt: EPA)

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jingħad li Manchester City iridu lil Lautaro Martinez ta’ Inter, u s-somma li se joffru se tkun madwar €90 miljun.

L-Arġentin għadu kemm għalaq 23 sena. Fil-kuntratt tiegħu kien hemm klawżola ta’ €111 miljun, imma skadiet dan ix-xahar. Il-kowċ ta’ Manchester City Pep Guardiola għamel lill-attakkant priorita għal dan is-suq tat-transferimenti.

Jidher iżda li din is-somma mhux se tkun biżżejjed, fejn anke Barcelona għamlu sajf sħiħ jipprovaw jakkwistaw dan il-plejer. Inter se jkunu jridu ħafna iżjed flus wara s-suċċess li kellhu l-plejer mal-klabb.

Hu għamel koppja tajba ma’ Romelu Lukaku fuq l-attakk, fejn skurja 21 gowl f’49 partita din is-sena.