Internazzjonali Lokali

Pass importanti fil-Libja

epa07489298 Vehicles and militants, reportedly from the Misrata militia, gather to join Tripoli forces, in Tripoli, Libya, 06 April 2019. According to reports, commander of the Libyan National Army (LNA) Khalifa Haftar ordered Libyan forces loyal to him to take the capital Tripoli, held by a UN-backed unity government, sparking fears of further escalation in the country. EPA-EFE/STRINGER

Il-Partit Nazzjonalista jinnota pożittivament d-dikjarazzjonijiet li saru lbieraħ fil-pajjiż ġar tagħna l-Libja. Il-qbil li ġie reġistrat bejn Fayez al-Sarraj għan-naħa tal-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali ta’ Tripli u ta’ Agila Saleh l-President tal-Parlament f’Tobruk huwa deċiżament pass importanti ‘l quddiem. Wieħed li qiegħed jiġi reġistrat wara snin ta’ ġlied intern qawwi.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u Ewropej f’Dinja mingħajr Fruntieri Carm Mifsud Bonnici u mis-Segretarja Internazzjonali tal-PN Roselyn Borg Knight, il-Partit Nazzjonalista jagħraf u jsostni dak li ż-żewġ naħat qablu fuqu l-waqfien mill-ġlied immedjat fuq t-territorju kollu, kif ukoll li Sirte u Jufra ma jkunx hemm armi, li forzi militari barranin jinħarġu mill-pajjiż u finalment li fl-2021 jkun hemm elezzjonijiet ġenerali.

Dawn l-punti prinċipali ta’ ftehim li waslu wara trattattivi twal u komplikati fejn diversi pajjiżi oħra kienu involuti għandhom jiftħu t-triq sabiex jkun hemm stabbilità u demokrazija f’pajjiż daqshekk determinanti għall-paċi fil-Mediterran. Passi li l-Partit Nazzjonalista jittama li jintlaħqu fiż-żmien li ġej.