Fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla qed ikun imbassar li l-Golf tal-Istati Uniti se jintlaqat minn żewġ urugani fl-istess ħin filwaqt li hemm biża’ ta’ ħsara kbira kawża t’hekk. Bħalissa, il-Golf qed jesperjenza biss ċikluni iżda s-sitwazzjoni tkun agħar jekk dawn jinbidlu f’urugani.
Dan filwaqt li meta jiltaqgħu żewġ urugani, wieħed jgħati iktar saħħa lill-ieħor u b’hekk il-ħsara li jikkawżaw tkun ferm agħar.
Jekk dan iseħħ, din tkun l-ewwel darba mill-1959 li żewġ ċikluni jiltaqgħu fl-istess post u fl-istess ħin. Filwaqt li lura fl-1933 kienu ltaqgħu urugan u maltempata moderata, qatt fl-istorja ma ġie rreġistrat li fiż-żona kien hemm żewġ urugani fl-istess waqt.
Madanakollu, meteoroloġi għadhom mhumiex ċerti kif jistgħu jiżviluppaw u xi ħsara kapaċi jħallu.
//= $special ?>