Karl Pace tilef il-battalja mal-mewt it-Tlieta li għadda wara li f’Ġunju kien involut f’inċident fejn id-dgħajsa li kien fuqha ħadet in-nar.
Karl inħareġ fuq il-baħar permezz ta’ lanċa f’Ta Xbiex għall-ħabta tat-3pm fejn saret ċerimonja.
F’dan l-inċident, Pace kien sofra ħruq f’60% ta’ ġismu. Hu kien wieħed miż-żewġt irġiel midruba hekk kif fl-istess inċident weġġa’ gravi bi ħruq estensiv żagħżugħ ta’ 29 sena mill-Mellieħa.
Karl Pace, Għawdxi ta’ 34 sena, weġġa’ wara li d-dgħajsa ħadet in-nar waqt li kien rieqed. Huwa kien ilu minn dakinhar tal-inċident fit-taqsima tal-kura intensiva.
//= $special ?>

