Id-difensur ta’ Mġarr United Alexandra Gatt fis-sigħat li ġejjin mistennija tibda esperjenza ġdida ma’ Barking Abbey College Football Academy fl-Ingilterra. Gatt se tkun qed tkompli tistudja fl-Ingilterra filwaqt li se tirrapreżenta lil Barking fil-college league. Gatt kienet parti mit-tim Nazzjonali Malti fejn rrapreżentat lil pajjiżna fil-UEFA Development Tournament u fil-UEFA European Championships.
F’dan l-istaġun ma’ Mġarr hi lagħbet 22 partita mat-tim prinċipali u kienet strumentali fit-tim ta’ taħt id-19 –il sena fejn rnexxilha tirabħ il-kampjonat. Gatt se tkun qed timxi fuq il-passi ta’ Maria Farrugia u Emma Ciantar Piccinino li t-tnejn li huma se jkunu qed jilagħbu ma’ Sunderland.
//= $special ?>