Lokali

COVID-19 : 35 każ ġdid pożittiv; ifiqu 33

Fl-aħħar 24 siegħa, pajjiżna rreġistra 35 każ ġdid filwaqt li fiequ 33 . Dawn in-numri ħarġu minn fost 2,173 swab li saru.

Mill-każi li ħarġu ilbieraħ, 9 kienu każi ta’ familjari ta’ każi pożittivi, każ kien f’kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva, 3 każi minn fuq il-post tax-xogħol u każ mill-cluster ta’ Paceville.

B’hekk it-total ta’ każi mill-bidu ta’ din il-pandemija huwa ta’ 1,723. Minn dawn fiequ 978 filwaqt li l-każi attivi bħalissa huma 729. Sfortunatament, din il-pandemija ħalliet 10 vittmi. Net News qed jagħti stampa sħiħa tas-sitwazzjoni preżenti, inkluż l-immigranti rregolari.