Futbol Sport

Gabriel Magalhães mistenni jissieħeb ma’ Arsenal fis-sigħat li ġejjin

Arsenal mistenni jiksbu l-firma tad-difensur Brażiljan ta’ 22 sena Gabriel Magalhães wara li lbieraħ intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet.

Arsenal kienu ilhom għal numru ta’ jiem jiġru wara Magalhães u fl-aħħar ftit setgħu tilfu ċ-ċans li jakkwistawh wara li wrew interess Napoli u Manchester United. F’dan is-suq tat-trasferimenti Arsenal kienu qed iħarsu biex isaħħu d-difiża tagħhom wara li għall-aħħar snin dejjem kienet waħda mill-problemi ewlenin tat-tim minn Londra.

L-ewwel prijorità dan is-sajf kien id-difensur ta’ RB Leipzig Dayot Upamecano, bil-Franċiż jagħżel li jikkometti ruħu ma’ Leipzig. L-istaġun li għadda, il-Gunners akkwista lid-difensur William Saliba mingħand St.Etienne, bl-istess plejer ikun misluf lill-klabb Franċiż, iżda dan l-istaġun jidher li se jkun fil-pjanijiet tal-kowċ Mikel Arteta. Gabriel Magalhães mistenni jiffirma kuntratt ta’ ħames snin għas-somma ta’ €30 miljun.