Coronavirus Futbol Sport

Ikomplu jiżdiedu l-każi posittivi fis-Serie A

(Ritratt: EPA)

Wara l-aħbar li l-kowċ ta’ Bologna Sinisa Mihajlovic huwa pożittiv għall-coronavirus, Fiorentina ħabbru li Erick Pulgar u Simone Ghidotti huma pożittiv għal dan il-virus u wara li sarilhom it-test ilbieraħ waranofsinhar.

Iż-żewġ plejers ta’ Fiorentina huma asintomatiċi u tpoġġew f’iżolament filwaqt li qed ikomplu jsegwu l-protokoll mediku. Ilbieraħ il-Professur Gianni Nanni poġġa dubju dwar il-bidu tas-Serie A wara li fl-aħħar jiem kienu reġistrati numru ta’ plejers pożittivi għall-coronavirus. Is-Serie A huwa pjanat li jibda fid-19 ta’ Settembru