Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad ma diversi pajjiżi fl-Ewropa u fid-dinja sabiex ifakkar u jikkommemora l-memorja ta’ diversi vittmi tal-istati totalitarji u awtoritarji. Illum f’dak li huwa magħruf bħala Black Ribbon Day għandna nkomplu ngħarfu u nirriflettu fuq il-ħsara li l-lemin u x-xellug estrem wettqu fir-reġimi ripressivi tagħhom.
Fi stqarrija, il- Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u Ewropej f’Dinja mingħajr Fruntieri Carm Mifsud Bonnnici kif ukoll is-Segretarja Internazzjonali tal-PN Roselyn Borg Knight stqarret li ħafna persuni tilfu ħajjithom għal raġunijiet varji. Miljuni mietu fl-iktar kundizzjonijiet atroċi jew minħabba raġunijiet ta’ razza, jew ta’ opinjoni politika, jew ta’ diżabbilitajiet jew ta’ fidi reliġjuża jew għax ġew ittraduti viljakkament minn oħrajn. Aġir li m’għandux jiġi ripetut, l-agħar mumenti fil-ħajja u l-eżistenza tal-bniedem.
Propju għalhekk li għandna nifhmu iktar il-valur li s-sistema demokratika li għandna u għalhekk għandna d-dmir li nipproteġuha. F’dan il-jum, il-Partit Nazzjonalista jrid ifakkar il-memorja ta’ dak li seħħ għax jagħraf li poplu li jinsa l-istorja tiegħu jerġa’ jwettaq l-istess żbalji. Id-demokrazija, jingħad x’jingħad tibqa’ l-aħjar sistema politika għall-bnedmin, biss biex tibqa’ ħajja u tibqa’ tavvanza trid is-sostenn popolari, l-persważjoni elettorali u l-perseveranza attenta tal-politiċi.
Propju għalhekk li f’dan il-jum għandna nieqfu, nfakkru u nirriflettu sabiex nirrispettaw il-memorja ta dawn l-vittmi innoċenti u nassiguraw li ma ngħaddux minn dak li għaddejna.
//= $special ?>