Sport Sport Ieħor

Malta Esport jikkwalifikaw għall-kwartifinali tal-International League

It-tim Malta Esport kompla jwettaq suċċess u isem għal pajjiżna fl-Esport meta fir-rawnd tal-aħħar 16 tal-International League għeleb lil Italy Esports 2-1 fuq żewġ legs.

Fl-ewwel leg, it-tim Malti rebaħ bl-iskor ta’ 1-0 bl-iskorer f’din il-partita jkun Shaun Dimech wara li rċieva mingħand Isaac Kyle Grima. Fit-tieni leg il-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1 u din id-darba kien Shaun Dimech li poġġa lil Isaac Kyle Grima f’pożizzjoni komda biex għamilhom 1-0. It-tim Taljan ġab id-draw fl-84 minuta wara li kien hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni fid-difiża Maltija.