Sport Sport Ieħor

Miguel Oliveira jirbaħ il-Grand Prix ta’ Styria

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ KTM Miguel Oliveira rebaħ il-Grand Prix ta’ Stryia f’wieħed mill-isbaħ Grand Prix ta’ dan l-istaġun. Warajh temmew Jack Miller ta’ Ducati u Pol Espargaro ta’ KTM fejn minkejja li beda fuq quddiem rnexxielu jtemm biss fit-tielet post. Tnax il-dawra mit-tmiem it-tellieqa, Vinales kellu jirtira mit-tellieqa wara li żviluppatlu ħsara fil-brejkijiet  u spiċċa biex tile fil-kontroll tal-mutur b’konsegwenza li għal xi ħin ukoll kellha titwaqqaf it-tellieqa.

Fir-raba’ post daħal Joan Mir filwaqt li fil-ħames post temm ir-rebbieħa tal-ġimgħa li għaddiet Andrea Dovizioso Fuq Suzuki, fis-sitt post temm Alex Rins u warajh daħal is-sewwieq ta’ Honda Takaaki Nakagami. Fit-tmien post daħal is-sewwieq ta’ KTM Brad Binder u warajh temm it-Taljan Valentino Rossi biex fl-għaxar pożizzjoni temm l-Ispanjol Iker Lecuona.

Marc Marquez mistenni jdum minn tal-inqas nieqes xahrejn oħra

Honda ħabbru li s-sewwieq tagħhom Marc Marquez mistenni jdum barra mill-azzjoni għal minn tal-inqas bejn xahrejn u tliet xhur oħra wara li fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun kiser idu. Hu prova jirritorna għat-tieni Grand Prix, ġimgħa wara l-inċident iżda kellu jirtira fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni b’konsegwenza li kompla jiggrava l-injury tiegħu. Din l-aħbar tnaqqas it-tamiet ta’ Marquez li f’dan l-istaġun jirbaħ il-kampjonat tal-MOTO GP.

MOTOGP

Kif spiċċaw: 1 M. Oliveira 16:56.025, 2 J. Miller +0.316, 3 P. Espargaro +0.540, 4 J. Mir +0.641, 5 A. Dovizioso +1.414, 6 A. Rins +1.450, 7 T. Nakagami +1.864, 8 B. Binder +4.150, 9 V. Rossi +4.517, 10 I. Lecuona +5.068, 11 D. Petrucci +5.918, 12 A. Espargaro +6.411, 13 F. Quartararo +7.406, 14 J. Zarco +7.454, 15 F. Morbidelli +10.191, 16 A. Marquez +10.524, 17 C. Crutchlow +11.447, 18 S. Bradl +11.447, 19 B. Smith +12.732, 20 M. Pirro +14.349, 21 T. Rabat +14.548, Ma spiċċawx: M. Vinales