Lokali

Triq l-Imdina se tingħalaq għal ġimgħa minħabba xogħolijiet

Infrastructure Malta tavża li minn għada sa nhar is-Sibt 29 ta’ Awwissu, Triq l-Imdina f’Ħ’Attard, direzzjoni lejn l-Imrieħel se tingħalaq għat-traffiku.

Dan minħabba xogħolijiet fis-sistema tad-drenaġġ bi tħejjija għall-fażi li jmiss tal-proġett Central Link. It-triq se tkun magħluqa minn fejn l-Isptar Monte Carmeli. L-aċċess għal residenti, vetturi kbar u karozzi tal-linja se jibqa’ miftuħ bl-għajnuna ta’ uffiċjali li se jkunu fuq il-post.

Ritratt: Infrastructure Malta

Is-sewwieqa huma mitluba jużaw toroq alternattivi.