Lokali

Misidjan jitlef ħajtu fid-Dwejra

Raġel mill-Imsida tilef ħajtu waqt li kien qed jgħum fil-Bajja tad-Dwejra, f’Għawdex.

Il-każ seħħ fil-5.15 ta’ wara nofsinhar fejn il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom b’rapporti li persuna kienet tinstab f’diffikultà fil-baħar.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-vittma ta’ 60 sena ttellgħa l-art u ngħata l-ewwel għajnuna minn Kuntistabbli u persuni li kienu fl-inħawi.

Filwaqt li tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex kif ukoll Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta ġew msejħa fil-post, sfortunatament ir-raġel ġie ċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li fetħet inkjesta maġisterjali u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fil-każ.