Futbol Sport

Parma jkeċċu lill-kowċ Roberto D’Aversa

Parma keċċew lill-kowċ tagħhom Roberto D’Aversa wara li ħassew li kien hemm nuqqas ta’ għaqda fil-klabb. D’Aversa rnexxielu jwassal lil Parma lura fis-Serie A wara li kienu relegati għas-Serie C1. Parma qalu li t-tkeċċija ta’ D’Aversa hija bbażata fuq in-nuqqas ta’ għaqda li teżisti fil-klabb tas-Serie A, li fl-istess stqarrija qalu li kienet strumentali biex it-tim wasal fejn jinsab illum.

Lura fl-2015 Parma kienu relegate għas-Serie C2 bil-klabb ikun dikjarat fallut. Dan l-istaġun huma temmew fil-11 –il post tal-klassifika u f’xi mumenti tal-istaġun kienu qed jiġġieldu biex jiksbu post fl-Europa League. Post D’Aversa mistenni jieħdu l-kowċ ta’ Lecce Fabio Liverani.