Coronavirus Futbol Sport

Sinisa Mihajlovic pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ Bologna Sinisa Mihajlovic irriżulta pożittiv għall-coronaviurs wara t-test li sarlu nhar l-Ġimgħa hekk kif Bologna rritornaw għat-taħriġ. Il-klabb iddikjara li l-kowċ huwa kompletament asintomatiku u se jkun qiegħed jiġi iżolat għall-ġimgħatejn li ġejjin skond il-protokoll mediku.

Is-sajf li għadda Mihajlovic tile fil-pre season kollu tiegħu ma’ Bologna wara li kien għaddej mill-kura kontra l-leukaemia. Din l-aħbar tqajjem biża’ dwar saħħet il-kowċ ta’ 51 sena minħabba li jitqies bħala persuna vulnerabbli. Għada se jkunu qed jiġu ttestjati l-plejers u l-membri tal-istaff tat-tim kollu ta’ Bologna.