Sport Sport Ieħor

Team Ineos jirtira mill-Kampjonati Nazzjonali tal-Italja bħala prekawzzjoni

Team Ineos iritira mill-Kampjonati Nazzjonali tal-Italja taċ-ċikliżmu wara li ċiklist mit-tim irriżulta pożittiv għall-coronavirus.

Fi stqarrija, Team Ineos qal li ċ-ċiklist Leonardo Basso rriżulta pożittiv għall-coronavirus iżda huwa asintomatiku. Iċ-ċiklisti l-oħra li kienu qegħdin jitħarrġu ma’ Basso wkoll se jkunu qed jiżolaw lilhom nfushom għall-14 –il jum flimkien ma’ membri oħra tal-istaff. Dan qed jagħmluh bħala prekawzzjoni minkejja li waqt it-taħriġ, iċ-ċiklisti kollha kienu qed josservaw id-distanza soċjali kif ukoll il-protokolla meħtieġa.

Team Ineos kjarifika li l-ebda mill-atleti nvoluti f’dan il-każ speċifiku ma kienu se jkunu nvoluti fl-edizzjoni tat-Tour de France ta’ din is-sena li se tibda fid-29 ta’ Awwissu f’Nice, fejn b’sorpriża se jkun asssenti l-erba darbiet rebbieħ ta’ dan it-Tour Chris Froome.