Xtaq iqatta’ Milied ieħor ma’ ibnu

“M’għandix kliem biex niddiskrivi din it-telfa”… kliem Betta Ellul, oħt l-10 vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna Godfrey Ellul

Ellul miet tlett xhur biss wara li ħareġ mill-ħabs fejn kien ilu jiskonta sentenza mill-2002 minhabba li nqabad bi droga li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.

Fl-2016, Godfrey kienet laqtitu l-marda tal-kanċer, iżda minkejja li huwa kien qed jiġġieled din il-marda terminali, il-Qorti rrifjutat it-talba tiegħu għall-parole.

Skont il-gazzetta Times of Malta, Godfrey Ellul kien iqatta’ ħafna mill-ħin tiegħu fil-ħabs fis-sodda jistrieħ ….miħabba li ma kienx jiflaħ jiccaqlaq.

Pubblikament, oħt Godfrey kienet stqarret li ħuha kien jibża’ ħafna li jitlef ħajtu waqt li jkun għadu l-ħabs. Ellul miet il-Ġimgħa wara li aktar kmieni f’Awwissu ħareġ pożittiv għall-Covid-19 – virus li ħadu minn trasmissjoni fil-komunita’.

Godfrey Ellul qatta’ l-aħħar ftit jiem ta’ ħajtu fl-Isptar Mater Dei iżda sfortunatament ma setax jitpoġġa fuq ventilator minħabba l-kundizzjoni li kellu.

Ftit jiem qabel il-mewt ta’ ħuha, Betta Ellul fuq Facebook esprimiet rabja minħabba nuqqas ta’ azzjoni minn naħa tal-awtorijiet.. fi żmien fejn il-każi f’pajjiżna splodew ‘l fuq.

Hija stqarret li issa li ħuha spiċċa vittma ta’ dan il-virus… hi tinsab ferm irrabjata.

Wara li ħareġ mill-ħabs, Godfrey kien qed jqatta’ ħafna ħin mal-familja speċjalment mat-tifel tiegħu li jiftakru biss ċkejken.

Xewqa li kellu Godfrey kienet dik li jqatta’ imqar Milied wieħed mal-familja tiegħu… xi ħaġa li kien ferm ħerqan għaliha wara li ħareġ mill-ħabs tlett xhur ilu… iżda sfortunatament din ix-xewqa sfaxxat fix-xejn..