Għall-ħabta tal-11.00, ser jitressqu żewġ persuni fuq każi separati quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo.
Mara ta’ 40 sena residenti l-Imsida, ser titressaq il-Qorti mill-Pulizija tad-Distrett akkużata b’theddid u biża ta’ permezz ta’ arma xufier ta’ taxi, fost oħrajn.
L-iskwadra ta’ kontra l-vizzju tad-Droga, ser tkun qed tressaq il-Qorti raġel ta’ 21 sena mill-Għana, residenti l-Marsa, wara li nqabad b’ammont ta’ ħaxixa tal-cannabis fil-pussess tiegħu fi Ġnien Belvedere u fir-residenza fejn joqgħod fil-Marsa stess.
//= $special ?>