Lokali

Aktar theżżiż fil-PBS

Iċ-Chairman tax-Xandir tal-Istat Tonio Portughese mistenni jinbidel…

Skont rapporti li dehru fil-midja, jidher li ttieħdet deċiżjoni politika sabiex jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu.

Kmieni x-xahar li għadda, Norma Saliba kienet appuntata bħala l-kap tal-Kamra tal-aħbarijiet hekk kif ħadet post Reno Bugeja.

Il-ġimgħa li għaddiet, ix-Xandir tal-Istat waqqaf il-programm Xarabank, li sal-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, għal diversi snin kien l-aktar programm segwit mill-istazzjonijiet kollha u f’kull ħin tal-ġurnata.

Kien il-preżentatur u l-moħħ wara l-programm, Peppi Azzopardi, li ħabbar dan fuq Facebook. Hu fakkar kif fit-23 sena li Xarabank ilu jixxandar, qatt ma nstab ħati ta’ żbilanċ, filwaqt li rebaħ diversi unuri televiżivi, partikolarment dawk relatati mal-ġrajjiet kurrenti u l-ġurnaliżmu investigattiv.

Dan filwaqt li l-eks President Laburista Manwel Cuschieri, wara l-aħbar li ser jitwaqqaf il-programm Xarabank, ta x’jifhem illi fiż-żmien li ġej ser ikomplu jittieħdu aktar deċiżjonijiet fosthom fejn tidħol il-kamra tal-aħbarijiet tax-xandir tal-istat.