Lokali

Anzjana ssofri ġrieħi gravi wara li ttajret

Anzjana ta’ 63 sena mill-Birgu qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħaż Żabbar.

L-inċident seħħ għall-ħabta 20.45 tal-Ħadd viċin Bieb is-Sultan u kollox jindika li l-persuna kienet intlaqtet minn vettura.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara sfat milquta minn vettura ta’ tip Toyota Vitz misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, l-anzjana ġiet iċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.