Fis-sigħat li ġejjin Chelsea mistennija jħabbru li akkwista lil Kai Havertz, Ben Chilwell u Thiago Silva. Dan wara li fl-aħħar sigħat jidher li laħqu ftehim ma’ dawn it-tliet plejers biex jissieħbu mal-iskwadra ta’ Frank Lampard.
Chelsea jidher li laħqu ftehim ma’ Bayer Leverkusen dwar is-somma ta’ €100 miljun biex jiksbu l-firma tal-midfielder ta’ 21 sena Kai Havertz wara numru ta’ snin jipprometti fil-Bundesliga. Ben Chilwell ukoll jidher destinat għal mat-tim minn Londra wara li Chelsea jinsabu f’diskussjonijiet avvanzati ma’ Leicester għall-akkwist tad-difensur ta’ 23 sena.
Id-difensur Brażiljan Thiago Silva wkoll mistenni jiffirma mal-Blues wara li ntemm l-kuntratt tiegħu ma’ PSG. Silva li għandu 35 sena lagħab l-aħħar partita tiegħu fil-finali tal-UEFA Champions League fit-telfa ta’ 1-0 kontra Bayern Munich.
Chelsea kienu attivi sew f’dan is-suq tat-trasferimenti fejn diġa akkwistaw ukoll lil Timo Werner mingħand RB Leipzig u Hakim Ziyech mingħand Ajax u jidher li wara dawn it-tliet akkwisti se jitfgħu ħarsithom fuq gowlkiper biex jieħu post Kepa.
//= $special ?>