Żewġ nisa li waslu f’pajjiżna minn Barcellona kmieni dalgħodu ttestjaw pożittivi għall-Covid-19 wara li sar random testing fuq il-wasliet fl-ajruport.
Net News ikkonferma li l-individwi huma t-tnejn turisti.
Huma kienu qed jinżammu f’kamra fis-sular t’isfel tal-MIA, wara li waslu fuq titjira ta’ Ryanair.
Spanja hu pajjiż fost l-aktar milquta bħalissa, minn madwar l-Ewropa kollha, biż-żidiet fin-numri ta’ Covid-19. It-titjiriet minn Malta lejn Spanja u viċe versa għadhom ma twaqqfux.
//= $special ?>