Coronavirus Lokali Saħħa Turiżmu

AĠĠORNATA: Żewġ nisa ttestjaw pożittivi malli waslu f’pajjiżna minn Spanja

L-uffiċjali tas-Saħħa Pubblika qed jieħu l-miżuri kollha neċessarji

Żewġ nisa li waslu f’pajjiżna minn Barcellona kmieni dalgħodu ttestjaw pożittivi għall-Covid-19 wara li sar random testing fuq il-wasliet fl-ajruport.

Net News ikkonferma li l-individwi huma t-tnejn turisti.

Huma kienu qed jinżammu f’kamra fis-sular t’isfel tal-MIA, wara li waslu fuq titjira ta’ Ryanair.

Spanja hu pajjiż fost l-aktar milquta bħalissa, minn madwar l-Ewropa kollha, biż-żidiet fin-numri ta’ Covid-19. It-titjiriet minn Malta lejn Spanja u viċe versa għadhom ma twaqqfux.