Pál Lengyel, Ungeriż ta’ 50 sena, residenti San Pawl il-Baħar tilef ħajtu bejn il-lejl tal-Ħadd u t-Tnejn wara inċident fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.
Il-Ħadd filgħodu, għall-ħabta tal-10.00, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm persuna feruta fl-imsemmija triq.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar jidher li x-xufier tal-mutur tat-tip Honda, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur, ħabat mal-barrikati li jaqsmu t-triq u tkaxkar diversi metri.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett
