Lokali

“Għad jerġa’ jasal dak il-jum meta nerġgħu nirkbu mutur flimkien”

Hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Pál Lengyel, diversi kienu dawk li kitbu fuq il- media soċjali dwar il-memorja tiegħu.

Mihaly Toth, ħabib tal-qalb tiegħu, f’kummenti ma’ netnews, qalilna li Pálika kien ilu jgħix Malta għal madwar sitt snin. Huwa kien jaħdem bħala sewwieq tal-cabs ma’ kumpanija privata. Pál kien persuna popolari ferm fost dawk li kellhom għal qalbhom il-muturi.

“Għad jerġa’ jasal dak il-jum meta nergħu nirkbu mutur flimkien”. Hekk kiteb ħabib ieħor ta’ Pál, fejn saħaq li kien ixxokjat b’din l-aħbar għallarieda.

“Ma kienx ħaqqek li titlaq daqshekk malajr.. se nimmissjawk ħafna” kiteb Laszio Kotnyek f’post fuq facebook.

Ħabiba oħra ta’ Pál Lengyel li tkellmet magħna qaltilna li huwa kien persuna ferriħija… dejjem bid-daħka fuq wiċċu.