Ħames gwardjani mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin instabu pożittivi għall-Coronavirus u bħalissa jinsabu iżolati fir-residenza personali tagħhom.
B’kollox s’issa saru madwar 600 test fil-ħabs fuq priġunieri u gwardjani sa minn Marzu l’hawn u bħalissa kull minn hemm fil-ħabs qed jilbes il-maskri. Filwaqt li qed isiru żjarat, il-viżitaturi jistgħu biss jitkellmu mal-priġunieri minn wara perspex filwaqt li qed ikun imħeġġeġ li l-priġunieri jitkellmu mal-qraba tagħhom fuq pjattaformi online.
Waqt l-ewwel mewġa tal-COVID-19, il-gwardjani f’Kordin kienu jaħdmu għal ġimgħa sħiħa waqt li kienu jibqgħu fil-faċilità iżda bħalissa kienu qed jaħdmu bis-sigħat normali tagħhom kif kienu jagħmlu qabel ma kien hawn il-virus f’pajjiżna.
//= $special ?>