Voluntiera ta’ Nature Trust Malta qattgħu lejl mill-isbaħ fuq il-bajja tar-Ramla tal-Mixquqa hekk kif kienu preżenti waqt li madwar 50 fekruna tal-ilma baħar faqqsu u rħewla lejn il-baħar biex jibdew ħajjithom!
Hekk kif kienu nnotati li qed ifaqqsu, il-voluntiera użaw dawl aħmar biex jiggwidawhom lejl l-orizzont.

Fekruna li ġejja mill-familja Caretta Caretta, li hi speċi protetta mill-World Conservation Area kif ukoll minn leġislazzjonijiet lokali u internazzjonali, kienet telgħet tbid fuq il-bajja fis-6 ta’ Lulju.

