Ambjent Lokali

Il-Kaċċaturi San Uberto jsalvaw fjamingu fl-akkwata tal-Għadira s-Safra

L-għaqda Kaċċaturi San Uberto salvat tajra tal-ispeċi fjamingu fl-akkwata tal-Għadira s-Safra, sit ta’ Natura 2000 immexxi minnhom.

Permezz ta’ stqarrija intqal li bħal dan iż-żmien l-għasafar ikunu qed ipassu iżda f’waqtiet il-friegħ mhux jkunux b’saħħithom biżejjed biex jaslu fl-Afrika mal-kumplament tal-qatgħa tagħhom.

Intqal li n-nuqqas ta’ ikel xieraq fil gżejjer Maltin, kif ukoll l-età zgħira ta’ dawn l-għasafar jirrikjedi l-intervent tal-bniedem biex dawn irabbu s-saħħa biex ikomplu jpassu.

Infatti membri tal-Kaċċaturi San Ubertu ġabru l-fjamingu u għaddew din it-tajra lit-taqsima tal-Pulizija tal-ALE, li hija l-entità skont il-ligi biex tiġbor l-għasafar protetti misjuba.

Il-KSU ħeġġet lill-poplu jirrapporta s-sejba ta’ għasafar lill-ALE fuq 22942161 jew 119, u talbet il-kooperazzjoni tal-pubbliku f’każijiet bħal dawn.