Lokali Qorti

Il-koppja Cutajar kellha xogħol ta’ valur għoli fl-‘interior design’ u mqabbda sew fiċ-Ċina

Il-koppja Cutajar li qed tiġi mixlija b’rabta ma’ akkużi ta’ ħasil ta’ flus kienet tagħmel xogħol ta’ valur għoli, tant illi madwar żewġ miljun ewro ġew minn xogħol ta’ ‘interior design’ u li dan ix-xogħol kien isir fiċ-Ċina, fejn hemm kienet l-akbar konċentrazzjoni ta’ xogħol.

Dan ix-xogħol kien anke jinkludu disinn ta’ lukandi kbar, xogħol li kien isir permezz tal-kumpanija li hija bbażata f’Ċipru. B’kollox kien hemm tranżazzjonijiet ma’ 11-il kumpanija Ċiniża.  

Id-difiża kkontendiet li għal dan ix-xogħol hemm irċevuti li juru kif dan ix-xogħol sar, u li ma sar xejn irregolari. Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech bdiet il-kumpilazzjoni ta’ Aldo Cutajar, eks konslu ta’ Malta għal Shangai, li flimkien ma’ martu Isabel Cutajar qed jiġi akkużat b’rabta ħasil ta’ flus, u li skont il-Prosekuzzjoni dawn il-flus ġew minn attività kriminali.

Fil-bidu tas-seduta, li f’ħinijiet minnhom kienet taħraq L-Ispettur Lianne Bonello talbet lill-Qorti biex tagħmel xi sostituzzjonijiet fl-akkużi fejn fost l-oħrajn, issa qed tkun ukoll akkużata wkoll kumpanija rreġistrata Ċipru li tagħha hija l-benefiċċjarja Isabelle Cutajar.  

L-Ispettur Bonello tat rendikont tal-propjetà li nstabet fejn fost l-oħrajn issemmiet numru ta’ propjetà fosthom villa fin-Naxxar, Penthouse u garaxx fis-Swatar, residenza fit-Toscana l-Italja u għadd ta’ karozzi u oġġetti lussużi li nstabu fid-dar waqt l-arrest. Fosthom erba’ arloġġi Rolex u anke ftit aktar minn nofs miljun ewro fi flus kontanti.

L-avukat Joe Giglio, li flimkien mal-Avukat Simon Micallef Stafrace qed jidher għal Isabel Cutajar ta’ 52 sena għamel diversi domandi lill-Ispettur Bonello dwar x’inhuma l-akkużi fil-konfront tal-klijenti tiegħu, dan minħabba wkoll il-fatt li ssemmew oġġetti li nstabu f’safe, u dokumenti relatati ma’ visas u passaporti.

L-avukat Giglio staqsa jekk hemmx provi li dawn id-dokumenti humiex mbgħabsa jew jekk il-klijenti tiegħu kellhiex x’taqsam ma’ dan kollu. Filwaqt li l-Ispettur Bonello kkonfermat li sa issa ma hemm xejn irregolari, u li Isabel Cutajar ma jidhirx li għandha x’taqsam ma’ dawn id-dokumenti, qalet li hemm suspetti kbar li numru ta’ ismijiet ta’ persuni li nstabu fis-safe ħdejn id-dokumenti jagħtu x’jifhem li hemm xi ħaġa ħażina.

Il-Prosekutur qalet ukoll li fl-interogazzjoni li għadha sejra u li għad fadlilha, ċertu domandi li hija għamlet lill-akkużati ma kienux imwieġba. L-avukat Giglio qal ukoll lill-Qorti li mhux sew meta l-klijenti tiegħu tat l-informazzjoni kollha lill-Pulizija u li minħabba li l-Prosekuzzjoni ma ħarkitx ix-xhieda pajżana kollha għall-ewwel seduta, din ma tistax tingħata l-libertà proviżorja, għax ma tistax tingħata qabel mal-pajżana kollha jagħtu d-depożizzjoni tagħhom fil-Qorti.

Hemm ukoll il-punt ta’ jekk hemmx biżżejjed provi biex Aldo Cutajar ta’ 55 sena, li għalih qed tidher l-avukat Roberta Bonello u martu jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża. Il-Qorti kienet qed tippjana li tkompli tismaż l-każ nhar it-Tnejn li ġej, iżda minħabba l-kwistjoni tat-talba għal libertà proviżorja qalet li jkun f’waqtu li ssir seduta oħra nhar il-Ħamis fid-9am fejn hemm mistennija ssir it-talba mid-difiża.

Ħareġ mix-xhieda li l-koppja kellha kontijiet fis-Sata Bank u li dawn ġew trasferiti għall-Bank of Valletta u li l-kumpanija u li l-koppja kellha kont bankarju f’Dubai ta’ madwar  €300,000.

L-Ispettur Bonello qalet li hija rċiviet informazzjoni kunfidenzjali fuq kumpanija ta’ Isabel Cutajar li kellha Malta u din damet sal-2005 u li wara din il-kumpanija ġiet trasferita f’Ċipru.

Il-mara hija Direttur tal-kumpanija. Hija qalet li b’kollox flus fir-residenza tal-koppja nstabu €541,955 u li mill-istħarriġ li hija għamlet fuq numru ta’ karozzi li l-koppja għandha, u li wħud minnhom huma lussużi, dawn inxtraw kollha cash.

Il-kumpanija Gemini Design Studios Limited, li hija bbażata ġewwa Limassol Ċipru u skont l-Ispettur Bonello meta l-akkużat ġie mistoqsi fuq ħlas ta’ taxxa ta’ din il-kumpanija, qal li dan kolli jiġi dikjarat f’Ċipru stess.

Dwar kif jgħixu l-koppja, l-Prosekutur qalet li dawn qalu li l-flejjes u l-assi kollha li għandhom saru grazzi għal din il-kumpanija. Hawn l-Avukat Giglio kompla jinsisti li ma saret l-ebda rregolarità minn naħa tas-Sinjura Cutajar, għax hija ppreżentat l-irċevuti kollha għal flus li għamlet mill-kumpanija.

Xehdu wkoll numru ta’ Nutara, Avukat u rappreżentanti ta’ banek u uffiċjali tal-Gvern fosthom dawk li għandhom x’jaqsmu mat-taxxa, u li b’xi mod jew ieħor kellhom dokumentazzjoni dwar il-propjetá tal-akkużati.

Sadanittant d-difiża kolleġġament qalet li hija tirileva kien biss fl-ewwel seduta tal-kumpilazzjoni li hij ġiet notifikata bl-akkużi kif mibdula għal darba darbtejn f’temo15-il minuta mill-Prosekuzzjoni.

Id-difiża qalet li filwaqt li tirriżerva li tressaq l-eċċezzjonijiet pertinenti fi stadju opportun,qed  tipprotesta għall-fatt li minkejja li l-imputati ġew imressqa fis-16 ta’ Awwissu, 2020 jidher ċar li l-Prosekuzzjoni kienet għadha lanqas ma kienet fi stadju kif suppost  ta’ meta kellhom ikunu l-akkużi fil-konfront tagħhom.

L-Avukati Gary Cauchi u Cinzia Azzopardi Alamango kienu wkoll preżenti fl-awla għan-nom tal-Avukat Ġenerali. Il-koppja qed ikunu akkużati li kisbu propjeta’ minn dħul li ġie minn attivita’ kriminali.Il-koppja qed twieġeb mhux ħatja għall-akkużi miġjubin kontriha.