Futbol Sport

Il-pulizija Franċiża tarresta aktar minn 148 partitarju ta’ PSG

Wara t-telfa fil-finali tal-UEFA Champions League, il-pulizija Franċiża arrestat 148 partitarju ta’ PSG wara numru ta’ rvellijiet li seħħew f’Pariġi matul il-lejl li għadda.

Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li l-irvellijiet seħħew f’Champ-Elysees madwar l-istadium ta’ PSG fejn numru ta’ partitarji nġabru biex isegwu l-finali kontra Bayern Munich.

Kelliem għall-pulizija qal li numru ta’ karozzi ġew maħruqa kif ukoll tkissru numru ta’ twieqi tal-ħwienet li jinsabu fil-madwar. Il-Ministru tal-Intern Franċiż qal li minn tal-inqas 16 –il pulizija weġgħu f’dawn l-inċidenti, bil-pulizija jkollha tuża l-gas tad-dmugħ biex tikkalma s-sitwazzjoni.