Għada t-Tlieta jirritorna l-waterpolo fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq wara waqfa ta’ ġimgħatejn minħabba l-imxija tal-COVID-19. Il-programm sportiv sajfi ta’ Net Television, Man Up+ kompla jixxandar kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija f’dawn il-jiem sħan tas-sajf u llejla tixxandar edizzjoni oħra interessanti u mhux ta’ min jintlifha, fid-9pm anke jekk f’dawn il-jiem ma kelna ebda waterpolo milgħub.
F’Man Up+ tal-lejla, il-format tal-programm se jkun differenti minn tas-soltu, fejn fost l-oħrajn se jkun hemm intervista mal-President tal-ASA, Joe Caruana Curran qabel il-bidu tat-tkomplija tal-Kampjonat tas-Sajf fejn jispjega l-bidliet li se jkun hemm fil-format tal-Kampjonat. Fil-programmi tal-lejla, bħal kull nhar ta’ Tnejn jerġa’ jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-kowċ nazzjonali Malti, Karl Izzo.
F’Man Up+ tal-lejla, se nxandru ukoll servizz speċjali li xxandar fit-tieni programm ta’ din l-iskeda, dwar ir-rebħ tal-ewwel tazza tal-2020, ċioé l-Enemed Cup li ntrebħet minn Sliema kontra Sirens.
Man Up+ jixxandar illejla t-Tnejn, fid-9pm fuq Net Television, bil-produzzjoni u presentazzjoni ta’ Christian Micallef u muntaġġ ta’ Vanessa Mizzi.
//= $special ?>