Mara ta’ 57 sena li kien marret erba’ snin ħabs wara li serqet mat-€32,000 fi flus u oġġetti ta’ valur fosthom deheb li jiswa’ eluf ta’ ewro mingħand ommha ngħatat sentenza sospiża mill-Qorti tal-Appell wara li din qieset diversi ċirkostanzi fil-każ.
Il-mara kienet abbużat minn prokura ġenerali li ngħatatilha minn ommha, fejn ħallietha mingħajr flus biżżejjed sabiex tidħol f’dar tal-anzjani. Fis-sentenza tagħha l-Qorti tal-Appell Kriminali qalet li dan kollu seħħ wara li Aloisia Mifsud Grech għaddiet minn trawma kbira wara l-mewt ta’ missierha u li hija għandha bżonn l-għajnuna wara dak kollu li għaddiet minnu.
Kienet ommha stess li għamlet rapport fl-għassa tal-Pulizija ta’ Birkirkara fejn allegat li bintha kienet qed tabbuża mill-prokura. L-omm kienet irrevokat il-prokura filwaqt li keċċiet lil bintha minn darha, hekk kif hi u r-raġel tagħha kienu joqgħodu magħha.
Aloisia Mifsud Grech kienet sostniet li hi dejjem aġixxiet fuq l-istruzzjonijiet li ħarġu minn ommha u li l-flus inħarġu mill-kont bankarju sabiex jiġu mqassma bejn ħutha. L-Ewwel Qorti kienet semgħet ukoll ix-xhieda li tat l-anzjana li kellha bosta dokumenti li servew ta’ evidenza li dak li kienet qed tgħid kien veru.
Il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li qieset il-fatt li d-deheb gie rritornat qabel ma ngħatat is-sentenza appellata u li d-difiża quddiem il-Qorti talbet li jsir ‘social inquiry report’.
Kien spjegat li Alosia kellha attitudni pożittiva u kkoperat bis-sħiħ mal-l-istruzzjonijiet li ġiet mogħtija. Ħareġ li Mifsud Grech ma taħdimx fil-preżent…’
Qabel li ma seħħ dan il-każ ir-relazzjoni tal-imputata ma’ ħutha kienet tajba ħafna u li hija dejjem għexet ħajjitha mall-familja tagħha sabiex tkun tista’ ddur bihom, speċjalment meta marad missierha.
Illum il-ġurnata ħutha ma għandhomx kuntatt magħha bl-eċċezzjoni ta’ waħda minn oħtha. Kien innutat li l-imputata tħossa mweġġa’ ħafna minħabba li ħutha ma jridux jafu biha.
Barra minn hekk għadha tħoss ħafna nuqqas ta’ missierha u tgħid li kien persuna eżemplari f’ħajjitha. Minn naħa l-oħra ħutha għandhom ħafna rabja lejn Alosia għaliex jemmnu li din kienet tieħu vantaġġ mill-ġenituri.
Minn informazzjoni li nġabret tinħass il-ħtieġa li Alosia tkompli tgħix ħajja stabbli, strutturata, l’bogħod mill-kriminalita’, barra min hekk jeħtieġ li l-imputata tingħata għajnuna psikoloġika sabiex tingħata l-għajnuna għan-nuqqasijiet tagħha fil-konfront tal-familja kif ukoll biex tkun tista’ tindirizza t-trawma tal-mewt ta’ missierha.
Il-Qorti qalet li saret referenza ghal li Alosia ġiet akkużata li serqet sejf mimli bid-deheb. Din stqarret li illum il-ġurnata din ġiet irritornata wara li irrapurtat l-każ mal-Pulizija. Ommha qalet li bejn wieħed u ieħor sitt snin ilu indunart jindunaw li hemm il-flus neqsin mill-kont tagħha.
Dan għaliex din xtaqet tapplika sabiex tirtira f’dar ta’ l-anzjani. lira maltin, dawn naqsu għal ħamest elf f’temp ta’ żmien pjuttost qasir. Skont is-Social Inquiry Report, l-imputata qalet li minkejja li missierha kien strett ħafna magħhom, hija kienet tqisu ta’ mudell eżemplari u l-iktar persuna li kien qrib tagħha tul ħajjitha.
Hija sostniet kif il-ġenituri tagħha offrewlha li tibqa’ tgħix magħhom għal sentejn wara li iżżewġet sabiex tkun tista’ tibqa’ tieħu ħsiebhom. Hija kompliet tgħid kif meta marad missierha f’Diċembru tal-2002, kompliet iddur biħ sakemm miet sena wara.
Bhala pjan ta’ kura fis-Social Inquiry Report tnizzel li ‘Minn informazzjoni li nġabret tul il-kumpilazzjoni ta’ dan ir-rapport, tinħass il-ħtieġa li Alosia Mifsud Grech tkompli tgħix ħajja stabbli u strutturata, il-bogħod minn kriminalita.
Barra minn hekk,ikun ta’ benefiċċju jekk l-imputata tingħata l-għajnuna psikoloġika sabiex tkun tista’ tieħu responsabbilta’ għan-nuqqasijiet tagħha fi-konfront tal-familja, kif ukoll sabiex tkun tista’ tindirizza t-trawma tal-mewt ta’ missierha, li kien punt ta’ riferiment f’hajjitha.’
Il-Qorti qalet li hija tqis li l-piena ghandha tkun waħda proporzjonata u li għandu jittieħed kont taż-cirkostanzi kollha tal-kaz u għalhekk ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Għal Mifsud Grech deheru l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.
//= $special ?>