Coronavirus Futbol Sport

Pjanic pożittiv għall-coronavirus

Barcelona ħabbru li l-midfielder il-ġdid tagħhom Miralem Pjanic huwa pożittiv għall-coronavirus. Pjanic issieħed ma’ Barcelona mingħand Juventus fi tmiem dan l-istaġun wara li sar tpartit bejnu u bejn Arthur.

Barcelona kkonfermaw ukoll li l-midfielder ta’ 30 sena li għadu jrid ikun preżentat mill-klabb mhux se jkun qiegħed jivjaġġa lejn Spanja għalissa, iżda se jkun jista’ jagħmel dan fi żmien ħmistax –il ġurnata.

Il-kundizzjoni ta’ Pjanic hija waħda tajba u jinsab f’iżolament fid-dar tiegħu. Il-plejer mill-Bosnija Herzegovina għamel it-test wara li ħassu xi ftit ma jiflaħx ftit tal-jiem ilu.