Futbol Sport

Sirens b’debutt diffiċli fl-Ewropa kontra CSKA Sofia

Nhar il-Ħamis, Sirens jiddebuttaw f’kompetizzjoni Ewropea meta f’Sofia fil-Bulgarija jilgħabu fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League.

Dettalji dwar il-preparazzjoni tat-tim għal din il-partita ingħataw mill-kowc Steve D’Amato fejn filwaqt li għamel enfazi dwar il-fatt li l-partita ser tkun waħda diffiċli milgħuba fuq leg wieħed, barra pajjiżna fi grawnd tal-ħaxix fejn għal kuntrarju Sirens lagħabu u ttrenjaw għal partiti l-kbira tal-partiti fuq art sintetika huwa għamel aċċenn għal mod kif issaħħaħ it-tim.

Semma l-akkwisti ta’ plejers lokali fosthom Michael Mifsud, Jonathan Pearson, Terrance Agius, Ryan Scicluna u Jacob Walker kif wkoll il-plejers barranin Samba Tounkara, Maxwell Samurai u Wilfried Demoraud.

D’Amato semma li t-tim ilu ma jilgħab partita kompetittiva minn Marzu li għadda filwaqt li CSKA gia lghabu tlett partiti fil-Kampjonat u għadhom mhux megħluba b’żewg rebħiet u draw.

Preżenti wkoll il-President tal-klabb Mark Borg Hedley ,il-captain Ryan Grech u l-vice captain David Cassar. CSKA Sofia huwa bla dubju l-aktar tim ikkwotat fl-istorja tal-football Bulgaru wara li rebħu l-Kampjonat nazzjonali 31 darba u t-Tazza Bulgara 20 darba.

Fl-istagun 2019-2020 li minħabba l-coronavirus il-Kampjonat Premier kien dikjarat magħluq l-Marzu, Sirens kienu spiċċaw fir-raba’ post fil-klassifika b’35 punt wara Floriana, Valletta u Hibernians.