Lokali

Taħriġ għal kontra l-vjolenza domestika

Il-Korp tal-Pulizija, permezz tal-Kummissarju Angelo Gafà, inawgura sistema innovattiva li se tintuża fil-Korp waqt taħrig fuq każi ta’ vjolenza domestika.

F’konferenza tal-ahbarijiet, il-membri tal-media kienu murija din is-sistema fuq pjattaforma virtwali u 3D li l-membri tal-korp se jkunu qed isegwu bħala parti mit-taħrig tagħhom.

Is-sitema li se tintuża hawn Malta hija waħda simili għal dik użata fl-Olanda fejn il-pulizija huma imħarrġa permezz ta’ teknoloġija avvanzata. Dan sabiex Pulizija jara u jħoss dak li qed jgħaddu minnu tfal u persuni f’kazi ta’ vjolenza domestika.

Hawn Malta, se tkun ffurmata unit għal tal-apposta bl-isem ta’ ‘Gender Based and Domestic Violence Unit’ li se tispeċjalizza fuq każijiet bħal dawn. Tħabbar ukoll li sa l-aħħar ta’ din is-sena l-pulizija ta’ Malta se jkollom fuqhom ‘body cameras’ għal meta jkunu xogħol fuq barra.

Angelo Gafà spjega li meta imqabbel mas-sena li għaddiet, din is-sena rat żieda ta’ 15% fil-każi rappurtati ta’ vjolenza domestika fejn s’issa fl-2020 kienu rappurtati 618-il każ. Il-pulizija ħeġġet biex il-vittmi ta’ vjolenza domestika jibqgħu jersqu ‘l quddiem u jirrapurtaw dawn ir-reati.