Wara sitt ijiem, għadhom ma nstabux il-qattiela li tard it-Tlieta bil-lejl ħasdu l-ħajja ta’ Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski f’Tas-Sliema. Għalkemm il-Pulizija issa qed tikkonsolida t-teżi tagħha li dak tat-Tlieta kien delitt doppju riżultat ta’ vendetta minn nies fin-negozju li qabbdu lit-tliet hitmen u lir-raba’ wieħed li kien qed isuq il-vettura li ħarbu biha mill-post.
Net News hu infurmat li l-investigaturi irnexxielhom jillokalizzaw din il-vettura li intuzat – zvilupp li hu meqjus bhala wiehed sinifikanti fl-ambitu tal-istharrig li kompla jintensifika ruhu, partikolarment fi tmiem il-gimgha.
Sorsi mid-Depot li tkellmu ma’ dan l-istazzjon qalu li l-investigaturi qed janalizzaw numru ta’ rabtiet li kellha l-koppja fid-dinja tan-negozju. B’uħud mir-rabtiet ilhom snin fid-dominju pubbliku permezz ta’ informazzjoni li kienet ġiet żvelata mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi.
Il-fatt li ma kien hemm ebda taqlib fid-dar tal-koppja fi Triq Locker u l-fatt ma nsteraq ebda deheb, kompla jikkonvinċi lill-Pulizija li din ma kinitx serqa.
Il-Brittaniku ta’ nisel Pollakk, Ivor Maciejowski nqatel b’tir wiehed f’wiċċu. Filwaqt li l-katavru ta’ Chris Pandolfino li instab fis-sular t’isfel kellu tliet tiri ta’ pistola u mhux eskluż li qabel inqatel, issielet mal-aggressuri li daħlu fid-dar.
Intant, it-Tnejn, il-Pulizija komplew jipprezentaw aktar provi quddiem il-Magistrat Ian Farrugia li qed imexxi l-inkjesta b’rabta ma’ dan il-kaz delikat.
//= $special ?>