Atletika Coronavirus Sport

Usain Bolt fi kwarantina wara li għamel it-test tal-coronavirus

(Ritratt: EPA)

L-atleta Ġamajkan Usain Bolt jinsab fi kwarantina wara li għamel it-test tal-coronavirus wara li organizza festin għal għeluq sninu fil-Ġamajka fejn huwa rrappurtat li fost il-mistiedna kien hemm il-plejer ta’ Manchester City Raheem Sterling u l-plejer ta’ Bayer Leverkusen Leon Bailey.

Rapporti fil-midja Ġamajkana qed jgħidu li Bolt irriżulta pożittiv, iżda f’messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu, Bolt qal li hu għadu ma rċiviex ir-riżultat u qiegħed fi kwarantina bħala prekawzzjoni. Bolt qal li hu qed josserva l-protokoll mediku u appella lil kulħadd biex jieħu ħsieb saħħtu filwaqt li stqarr li hu m’għandu l-ebda sintomi.