Ftit tal-ħin ilu, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat ippubblika l-ittra li kien preżenta lill-President Vella dakinhar tar-riżenja tiegħu minn Prim Ministru.
L-ittra hi datata 13 ta’ Jannar, 2020.
Fil-messaġġ li kien wassal f’din l-ittra, jispikka kif Muscat baqa’ sal-aħħar juża ton partiġġjan u jsemmi l-maġġoranzi li hu kiseb f’żewġ elezzjonijiet “waħda ikbar mill-oħra”.
Muscat fl-ebda ħin ma jsemmi r-raġuni GĦALIEX f’Novembru kien ħabbar li se jwarrab. Dan wara protesti kbar fit-toroq, meta feġġ isem l-imprenditur Yorgen Fenech bħala l-persuna li kien kompliċi fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
//= $special ?>