Hu l-Albaniż Daniel Muka, ta’ 29 sena, li ġie arrestat b’rabta mal-qtil doppju f’Tas-Sliema li ħalla bla ħajja lill-koppja Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski.
L-ewwel indikazzjonijiet kienu qed iwasslu għal ħuh, iżda bħalu, Daniel hu magħruf sew mal-Pulizija, fosthom anke b’rabta ma’ waħda mill-akbar serqiet f’pajjiżna.
F’pajjiżna, Daniel u ħuh Begtash kienu nvoluti fis-serqa f’ħanut ta’ Diamonds International. Dakinhar, kienu nsterqu €330,000. Wieħed mill-Albaniżi kien ipponta pistola lejn Uffiċjali tal-Pulizija, iżda fortunatament l-arma ma kinitx ħadmet.
Mal-arrest tiegħu, li kien seħħ fil-Bajja ta’ San Ġorġ, Muka kien ipponta pistola lejn il-Pulizija. Kawża ta’ dan, żewġ membri tal-Korp kienu ttieħdu ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, fejn kienu ċċertifikati li qed ibatu minn xokk u feriti ħfief.
//= $special ?>