Internazzjonali

Eliminata l-marda tal-wild polio fl-Afrika

Il-kontinent tal-Afrika hu prattikament ħieles mill-marda tal-wild polio – fost l-istennija għall-konferma min-naħa tal-Africa Regional Certification Commission, li hi entità indipendenti.

Il-marda tal-polio, fil-parti kbira, taffettwa lit-tfal taħt i-ħames snin u f’numru ta’ drabi twassal għal paraliżi rriversibbli.

Il-polio jista’ anki jirriżulta fatali meta l-paraliżi taffettwa lis-sistema tan-nifs – u waqt li mhemm l-ebda kura, it-tilqima kontra din il-marda għandha tipproteġi lit-tfal għal għomorhom.

Il-marda tal-polio, issa, tinsab biss fl-Afganistan u l-Pakistan.

Dan meta n-Niġerja hi l-aħħar pajjiż Afrikan li ġie dikjarat ħieles mill-wild polio, wara li, anqas minn għaxar snin ilu, kien jagħmel tajjeb għal aktar min-nofs tal-każi globali.

Issa, ‘il fuq minn 95 fil-mija tal-popolazzjoni Afrikana huma mlaqqma kontra l-wild poliovirus wara snin ta’ ħidma minn koalizzjoni ta’ għaqdiet tas-saħħa, gvernijiet nazzjonali u lokali u voluntiera qalb il-komunitajiet.