Fuq is-sitt ta’ Replay (Net Television) tħabbar li d-difensur ta’ Birkirkara F.C. Enrico Pepe u l-midfielder ta’ Royale Union Saint-Gilloise – Brussels tal-Belġu, Teddy Teuma, huma uffiċjalment plejers Maltin.
Dan ifisser li ż-żewġ plejers issa huma eliġibbli li jifformaw parti mit-tim nazzjonali ta’ Malta.
Pepe ngħata ċ-ċittadinanza bil-mertu, li tingħata lil sportivi li ma jkollhomx dixxindenza Maltija iżda li l-awtoritajiet tal-futbol u dawk lokali jemmnu li jistgħu jagħtu valur miżjud lill-isport lokali.
Min-naħa l-oħra Teuma għandu dixxindenza Maltija u għalhekk kien jikkwalifika b’mod awtomatiku għaċ-ċittadinanza ta’ pajjiżna. Hu jikkompeti f’livell ogħli, dak tat-tieni diviżjoni fil-Belġju.
Kien f’Marzu li għadda li Replay (Net Television) żvela li l-plejer ta’ 26 sena b’parentelà Maltija kien avviċinat mill-MFA biex jilgħab għal Malta. Miegħu ġie avviċinat ukoll James Brown, li l-proċess fil-konfront tiegħu għadu għaddej.
//= $special ?>