Coronavirus Lokali

ESKLUSSIVA: Każ pożittiv fuq titjira minn Girona lejn Malta

Turista rriżultat pożittiva għall-COVID-19 wara test li sarilha hekk kif waslet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fuq it-titjira FR9012 li kienet ġejja minn Girona. Il-mara kienet tinsab fuq it-titjira li waslet f’pajjiżna għall-ħabta ta’ 12.25pm.

Sorsi tagħna qalulna li l-magna li qed tintuża li tittestja l-passiġġiera li jaslu fl-Ajruport ta’ pajjiżna tiflaħ biss tmien testijiet u b’hekk numru żgħir ta’ testijiet qed isiru għal kull titjira.