Lokali

Fkieren jiddaħlu illegalment f’Malta

Tlett ifkieren iddaħlu illegalment f’Malta wara spezzjoni li saret fuq vettura.

L-ispezzjoni saret minn uffiċjali tad-Dwana t-Tnejn wara nofsinhar meta fit-tfittxija ma nstabux id-dokumenti meħtieġa biex dawn il-fkieren jiddaħlu f’pajjiżna.

Il-vettura qed tinżamm mid-Dwana filwaqt li l-fkieren, li ġew iddentifikati bħala Testudo hermanni, ingħataw lill-ERA sakemm jittieħdu deċiżjonijiet legali.