Formula 1 ħabbret il-konferma tal-aħħar erba’ tlielaq ta’ dan l-istaġun, bir-ritorn tat-trakka tat-Turkija wara disa’ snin u żewġ Grand Prix fil-Bahrain. Bahrain se jkun it-tielet post li jospita żewġ tlielaq wara xulxin kif diġa seħħ fl-Austria u f’Silverstone. Abu Dhabi se tkun it-tellieqa li tagħlaq l-istaġun ta’ din is-sena, b’dan iwassal għal total ta’ 17-il tellieqa minkejja d-diffikultajiet li ħolqot il-pandemija tal-coronavirus.
S’issa s-sitt tlielaq li seħħew kollha kienu bil-bibien magħluqa, però Formula 1 ħabbru li numru mit-tlielaq li jmiss se jkunu miftuħin għal ammont limitat ta’ nies.
Iċ-Ċina li kellha tospita waħda minnhom din is-sena kienet posposta, iżda issa hija uffiċjali li t-trakka mhux se tintuża.
It-tellieqa li jmiss se ssir fi tmien din il-ġimgħa bejn it-28 u 30 ta’ Awwissu fil-Belġju fit-trakka ta’ Spa-Francorchamps.
//= $special ?>