Id-difensur ta’ Manchester United Harry Maguire prova jxaħħam lill-pulizija li arrestawh. Fl-awla ġie żvelat li hu saqsiehom “intom tafu min jien?” u offrielhom il-flus.
Il-plejer internazzjonali Ingliż kien wieħed minn tlieta li kienu arrestati nhar il-Ħamis li għadda wara argument li nħoloq mal-pulizija. L-oħrajn huma ħu Maguire u ħabib tiegħu, u kollha huma akkużati b’vjolenza mal-pulizija. Maguire u ħuh huma akkużati wkoll b’tixħim, filwaqt li Maguire u sieħbu huma akkużati fuq insult. It-tlieta li huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi.
Maguire qiegħed jiġi rrapreżentat minn wieħed mill-aqwa avukati fil-Ġreċja, Alexis Anagnostakis. L-avukat fil-Qorti qal li oħt Maguire kienet inġettata b’xi sustanza minn grupp ta’ Albaniżi, u ħassa ħażin. Maguire u sħabu ċemplu għat-trasport imma minflok ħaduhom l-isptar ħaduhom l-istazzjon tal-pulizija. Hemmhekk, huma attakkaw verbalment u fiżikalment il-pulizija. Wieħed mill-pulizija żvela li Maguire qallu “int taf min jien? Jien il-captain ta’ Manchester United, jien sinjur, nista’ ntik il-flus, nista’ nħallsek, jekk jogħġbok, ħallina mmorru.” Il-każ għadu għaddej.
Il-kowċ tal-Ingilterra Gareth Southgate għażel lil Harry Maguire bħala parti mit-tim nazzjonali tal-Ingilterra, minkejja l-arrest tiegħu fil-Mykonos ġol-Greċja. Il-logħob tal-UEFA Nations League huma kontra l-Iżlanda u d-Danimarka.
//= $special ?>