Sport Sport Ieħor

Il-MMF issejjaħ mill-ġdid l-istakeholders biex jiprovdu faċilitajiet tal-motorsport

(Ritratt: MMF)

Il-Federazzjoni tal-Motorsport f’Malta tagħat l-opinjoni tagħha lill-proċess ta’ konsultazzjoni mmexxi mill-Awtorità tal-Ipjanar fuq ir-revista tar-Rural Policy Design Guidance (Phase 2) li jsejjaħ lil dawk kompetenti biex jipprovdu proġetti speċjali għall-interess tal-pubbliku.

Il-MMF kienet qiegħda titlob faċilità li kapaċi tospita diversi avvenimenti internazzjonali u takkomoda l-bżonnijiet tal-komunità sportiva lokali, li tipprovdi opportunitajiet aħjar għall-atleti tagħna biex jipprattikaw u jtelqu taħt kundizzjonijiet internazzjonali, kif ukoll kapaċi li jorganizzaw avvenimenti internazzjonali.

Il-Federazzjoni u il-membri tal-organizzazzjoni lkoll qablu li r-rapporti riċenti fuq il-prattika tal-attivitajiet illegali tal-off-roading imorru kontra l-valuri sportivi tal-komunità. Infatti, l-avvenimenti uffiċjali kollha huma organizzati soġġett għall-burokratiku neċessarja u permess li jiswa l-flus, ħtiġijiet ta’ sigurta u assigurazzjoni.

Sfortunatament, minkejja l-progress li nkiseb għall-permess mill-gvern, barriera mhux użata fil-limiti tal-Aħrax tal-Mellieħa li se tkun allokata għal motorsport (off-roading) wara għaxar snin, u l-Federazzjoni għadha għaddejja mil-proċessi biex tkun tista tippermetti lill-membri tal-organizzazzjoni jipprattikaw dan l-isport.

Għalhekk, il-MMF issejjaħ lill-istakeholders biex jonoraw il-wegħda u l-impenji tagħhom lejn l-isport u jwettqu l-wegħda li ilha għexieren ta’ snin lill-komunità tal-isport.