Lokali

Il-PN ifaħħar il-ħidma tal-Pulizija

F’isem l-Oppożizzjoni, il-Kelliem għall-Intern Beppe Fenech Adami, fi stqarrija faħħar u sellem lill-membri tal-Korp tal-Pulzija li llum waranofsinhar wettqu operazzjoni perikoluża li wasslet għall-arrest b’rabta mal-omiċidju doppju li seħħ f’pajjiżna ftit tal-jiem ilu.

Il-Partit Nazzjonalista tenna li pajjiżna jixraqlu Korp tal-Pulizija li jkun effiċjenti u kommess fil-ġlieda kontra l-kriminalità, ġejja minfejn ġejja.